Il-Koalizzjoni Ewropea tal-Pazjenti bil-Kanċer (European Cancer Patient Coalition, ECPC) nediet l-istħarriġ ‘L-immappjar tar-rispons tal-Istati Membri tal-UE għall-pandemija tal-COVID-19 u l-kanċer biex issegwi l-esperjenza tal-pazjenti bil-kanċer, dawk li kellhom kanċer jew dawk li jieħdu ħsieb ta’ nies bil-kanċer madwar l-UE kollha. Jekk jogħġbok ipparteċipa billi tgħidilna dwar l-esperjenza tiegħek!
Dan l-istħarriġ huwa disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE. Meta tikklikkja hawnhekk, tmur direttament fl-istħarriġ fejn tista’ tagħżel il-lingwa ppreferuta tiegħek fir-rokna ta’ fuq, man-naħa tal-lemin tal-iskrin tiegħek (ara l-istampa hawn taħt)
Għaliex qed isir dan l-istħarriġ?
Essenzjalment, nixtiequ nsegwu l-effett li kellu l-COVID-19 fuq il-pazjenti bil-kanċer u fuq il-kura tagħhom madwar l-Ewropa. Din l-informazzjoni tagħtina ħarsa wiesgħa u profonda ta’ kif il-pazjenti bil-kanċer ġew affettwati matul din il-pandemija u tgħinna biex inkomplu nagħtu l-appoġġ tagħna lil pazjenti bil-kanċer fi żminijiet mingħajr preċedent bħalma hi l-pandemija attwali. Min-naħa l-oħra, b’din l-informazzjoni, nistgħu:
• nikkonfrontaw lil dawk li jfasslu l-politika u nsejħu għal aċċess ugwali u ta’ kwalità għall-kura għal pazjenti bil-kanċer fil-pajjiżi kollha u taħt iċ-ċirkostanzi kollha.
• naraw kif tfixkil fil-kura tas-saħħa jikkorrelata ma’ deterjorament fir-riżultati tal-kura u f’żieda fl-inċidenza ta’ mwiet fis-sena li ġejja.
• inbassru/nidentifikaw suġġetti ġodda dwar l-avukatura, il-politika u r-riċerka
L-informazzjoni li tgħaddilna se tiġi trattata b’mod strettament kunfidenzjali: se tiġi analizzata statistikament u l-anonimità tiegħek se tiġi rrispettata bis-sħiħ.
Kemm idum l-isħarriġ?
L-istħarriġ jieħu madwar 15-il minuta biex tlestih kollu.
Imlejt l-istħarriġ, x’nista’ nagħmel aktar biex ngħin?
Grazzi talli mlejt l-istħarriġ! Tista’ tgħinna nxerrdu dan billi taqsam l-istħarriġ fuq il-midja soċjali jew billi tagħmel retweet tal-posts tal-istħarriġ tagħna fuq Twitter. Jekk jogħġbok aqsam dan ma’ sħabek u mal-qraba tiegħek ukoll, aħna nixtiequ nilħqu firxa wiesgħa ta’ pazjenti bil-kanċer li jkunu qed jieħdu l-kura waqt COVID-19, għalhekk, aktar ma nilħqu nies, aktar aħjar. Int imħeġġeġ biex tagħżel il-lingwa tiegħek mit-traduzzjonijiet disponibbli fid-drop down menu fuq il-lemin tal-iskrin u taqsam l-istħarriġ bil-lingwa ppreferuta tiegħek.Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja lil paulina.gono@ecpc.org. Nixitequ nirringrazzjawk bil-quddiem tal-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tiegħek u nistennew bil-ħerqa li nirċievu t-tweġibiet tiegħek.
Min approva dan l-istħarriġ?
L-istħarriġ ġie rivedut mill-membri tal-Kumitat Xjentifiku tal-ECPC Dr. Claudia Allemani, Professur Assoċjat tal-Epidemjoloġija tal-Kanċer fil-Cancer Survival Group fil-London School of Hygiene and Tropical Medicine u Prof. Mark Lawler, President tal-Ġenomika tal-Kanċer Traspożizzjonali, Fakultà tal-Mediċina, Saħħa u Xjenzi tal-Ħajja, Queen’s University Belfast. Nirrikonoxxu wkoll il-kontribut ta’ Dr. Frances Drummond, Uffiċjal tar-Riċerka f’Breakthrough Cancer Research u Dr. Isabelle Soerjomataram, mit-Taqsima Prinċipali tas-Sorveljanza tal-Kanċer fl-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC).
Dwar il-Koalizzjoni Ewropea tal-Pazjenti bil-Kanċer
Il-Koalizzjoni Ewropea tal-Pazjenti bil-Kanċer (ECPC) hija vuċi għall-pazjenti bil-kanċer fl-Ewropa. B’aktar minn 450 membru, l-ECPC hija l-ikbar assoċjazzjoni ġenerali ta’ pazjenti bil-kanċer fl-Ewropa, li tkopri t-28 stat membru tal-UE u ħafna pajjiżi oħra Ewropej u mhux Ewropej. L-ECPC tirrappreżenta l-pazjenti affettwati mit-tipi kollha ta’ kanċer, mill-iktar rari sal-ikar komuni.